Skopri l-qalba tad-demokrazija Ewropea!
Fid-9 ta’ Mejju, l-Unjoni Ewropea tiċċelebra l-kisbiet tagħha ta’ unità u paċi fit-tul, filwaqt li tfakkar id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman fl-1950.
Din is-sena, bl-elezzjonijiet Ewropej wara l-bieb (6-9 ta’ Ġunju 2024), il-Parlament Ewropew jistiednek tieħu sehem f'avvenimenti interattivi madwar l-Ewropa kollha.
Ingħaqad magħna fi Strażburgu (is-Sibt 27 ta’ April), fi Brussell (is-Sibt 4 ta’ Mejju) jew fl-Istati Membri.