Studji u apprendistati

Studji u apprendistati

  • ikollok lawrija universitarja rikonoxxuta fl-interpretazzjoni tal-konferenzi
  • ikollok lawrija universitarja, ikun x'ikun il-kors kif ukoll Masters fl-interpretazzjoni tal-konferenzi.

Kif tagħżel Masters

Jekk tixtieq tistudja l-interpretazzjoni huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-elementi li ġejjin ikunu preżenti:

  • il-kandidat ikun jista' jitgħallem kif jinterpreta fil-lingwa attiva tiegħu
  • il-kandidat ikun jista' jattendi korsijiet tal-interpretazzjoni fil-lingwi kollha li huwa jixtieq jaħdem bihom
  • l-għalliema kif ukoll il-membri tal-ġurija għall-eżamijiet finali, iridu jkunu interpreti akkreditati.

Kif tagħżel apprendistat

Id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi ma joffrix taħriġ u lanqas apprendistati fl-interpretazzjoni.

L-istudenti kollha jew iż-żgħażagħ gradwati jistgħu jagħmlu apprendistat fis-Segretarjat Ġenerali tal-PE. Iż-żgħażagħ interessati fl-interpretazzjoni jistgħu jitolbu li jintbagħtu fid-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-organizzazzjoni tax-xogħol tal-interpreti.