L-Intergruppi fil-Parlament Ewropew
L-intergruppi huma forum għal skambji informali ta'' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi fost il-gruppi politiċi differenti, u jistabbilixxu kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili. Kull intergrupp huwa magħmul minn Membri minn tal-anqas tliet gruppi politiċi differenti.
L-intergruppi mhumiex korpi uffiċjali tal-Parlament, iżda huma rikonoxxuti mill-Parlament. Huma jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-presidenti tal-gruppi politiċi fil-bidu ta'' kull leġiżlatura.
Lista ta' intergruppi
Din hija l-lista ta' intergruppi fil-leġiżlatura attwali. L-intergruppi m'għandhomx jiġu konfużi ma' gruppi mhux uffiċjali jew ma' gruppi ta' ħbiberija, li mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment u għalhekk ma jidhrux f'din il-lista.
- Intergrupp dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni [IG10-01]
- Intergrupp dwar il-Ġlieda kontra r-Razziżmu u d-Diversità [IG10-02]
- Intergrupp dwar l-Attrazzjoni ta’ Investimenti favur Unjoni Ewropea Kompetittiva u Sostenibbli [IG10-03]
- Intergrupp dwar il-Bijodiversità, il-Kaċċa u l-Kampanja [IG10-04]
- Intergrupp dwar il-Kanċer u l-Mard Rari [IG10-05]
- Intergrupp dwar id-Drittijiet tat-Tfal [IG10-06]
- Intergrupp dwar l-Insara fil-Lvant Nofsani [IG10-07]
- Intergrupp dwar il-Politika ta’ Koeżjoni u r-Reġjuni Ultraperiferiċi [IG10-08]
- Intergrupp dwar id-Demografija [IG10-09]
- Intergrupp dwar id-Diżabbiltà [IG10-10]
- Intergrupp dwar il-Wirt Kulturali Ewropew, ir-Rotot tal-Mixja ta' San Ġakbu u r-Rotot Kulturali Ewropej Oħra [IG10-11]
- Intergrupp dwar il-Ġlieda kontra l-Faqar [IG10-12]
- Intergrupp dwar il-Libertà ta’ Reliġjon, Twemmin u Kuxjenza [IG10-13]
- Intergrupp dwar il-Futur tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet għal Ewropa Kompetittiva [IG10-14]
- Intergrupp dwar it-Trobbija Sostenibbli tal-Bhejjem [IG10-15]
- Intergrupp dwar il-Persuni LGBTIQ+ [IG10-16]
- Intergrupp dwar is-Saħħa Mentali [IG10-17]
- Intergrupp dwar il-Pulizija [IG10-18]
- Intergrupp dwar ir-Reżiljenza, il-Ġestjoni tad-Diżastri u l-Protezzjoni Ċivili [IG10-19]
- Intergrupp dwar l-Ibħra, ix-Xmajjar, il-Gżejjer u ż-Żoni Kostali (SEARICA) [IG10-20]
- Intergrupp dwar l-Ajru u l-Ispazju [IG10-21]
- Intergrupp dwar l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs) [IG10-22]
- Intergrupp dwar l-Ekonomija Soċjali u s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali [IG10-23]
- Intergrupp dwar it-Trade Unions [IG10-24]
- Intergrupp dwar il-Minoranzi Tradizzjonali, il-Komunitajiet Nazzjonali u l-Lingwi [IG10-25]
- Intergrupp dwar il-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati għal Iżrael u l-Palestina [IG10-26]
- Intergrupp dwar il-Benesseri u l-Protezzjoni tal-Annimali [IG10-27]
- Intergrupp dwar l-Inbid, l-Ikel ta’ Kwalità u l-Ispirti [IG10-28]
Regolamentazzjoni tal-intergruppi
L-intergruppi huma regolati mill-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Proċedura u minn regoli interni oħrajn.
Fl-interess tat-trasparenza, rappreżentanti ta' gruppi ta' interess fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet tal-intergruppi organizzati fil-Parlament (attendenza, appoġġ jew biex jospitaw laqgħat jew avvenimenti b'mod konġunt). Barra minn hekk, kull intergrupp għandu jippubblika dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji, li tkopri l-appoġġ kollu riċevut fi flus kontanti jew in natura (appoġġ finanzjarju, ta' persunal u ta' materjal).
Barra minn hekk, l-intergruppi huma pprojbiti milli:
- jużaw ismijiet jew logos ta' tal-Parlament jew ta' gruppi politiċi;
- jesprimu opinjoni f'isem il-Parlament;
- iwettqu attivitajiet li jistgħu joħolqu konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu;
- iwettqu attivitajiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE jew mal-pajjiżi terzi; u
- jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jaħbtu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża l-osservazzjoni elettorali.
Il-Kwesturi huma responsabbli għas-superviżjoni tal-intergruppi.