Is-siġġijiet fil-Kamra 

Id-deċiżjoni fir-rigward ta’ kif is-siġġijiet fil-Kamra huma allokati fost il-gruppi politiċi, il-Membri mhux affiljati u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE tittieħed mill-Konferenza tal-Presidenti (il-mexxejja tal-gruppi politiċi u l-President tal-Parlament) fil-bidu ta’ kull leġiżlatura.

Matul dawn l-aħħar leġiżlaturi, il-gruppi politiċi tqiegħdu bħal flieli f’pie chart, bil-mexxejja tal-gruppi kollha fl-ewwel ringiela.