X'jiġri mil-liġijiet li ma jgħaddux sal-aħħar tal-leġiżlatura?
Il-votazzjonijiet kollha fil-plenarja tal-Parlament qabel l-elezzjonijiet Ewropej jibqgħu legalment validi fil-leġiżlatura li jmiss. Dan ifisser li, wara l-elezzjonijiet, il-Membri tal-PE l-ġodda jkomplu l-fajls mill-punt fejn tħallew u jeħduhom għall-istadju li jmiss fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Għal-leġiżlazzjoni li ma tasalx sal-livell tal-plenarja qabel l-elezzjonijiet, ma teżisti l-ebda pożizzjoni legalment valida tal-Parlament.
Għalhekk, ir-Regoli ta’ Proċedura interni tal-Parlament jistabbilixxu li x-xogħol li jsir fuq dawn il-fajls (eż. fil-kumitat) jaqa’. Madankollu, fil-bidu ta’ leġiżlatura ġdida, il-Konferenza tal-Presidenti – il-President u l-mexxejja tal-gruppi politiċi – tista’ tiddeċiedi li tkompli l-ħidma li diġà saret fuq dawk il-fajls (l-Artikolu 240 tar-Regoli ta’ Proċedura).