Kif jiġu eletti l-Membri tal-Parlament Ewropew?
Mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979, l-elezzjonijiet Ewropej isiru kull ħames snin.
Hemm 720 Membru tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet tal-2024 u t-trattati tal-UE jistipulaw l-allokazzjoni tas-siġġijiet għal kull pajjiż. Kull Stat Membru għandu għadd fiss ta' Membri tal-Parlament Ewropew, li jvarja minn sitta għal Stati Membri iżgħar bħal Malta, il-Lussemburgu u Ċipru għal sitta u disgħin għall-Ġermanja, l-akbar Stat Membru.
Il-pajjiżi b’popolazzjonijiet akbar għandhom aktar siġġijiet minn dawk iżgħar. Madankollu, il-prinċipju ta' "proporzjonalità digressiva" jiżgura li aktar siġġijiet per capita jmorru għand Stati Membri b'popolazzjoni iżgħar.
Il-liġijiet u t-tradizzjonijiet elettorali nazzjonali fil-biċċa l-kbira jirregolaw l-Ewropa, iżda hemm xi regoli komuni tal-UE stabbiliti fl-Att Elettorali tal-1976.