X’jiġri meta Membru tal-PE jirriżenja? 

Jekk Membru jitlaq mill-Parlament matul il-mandat, ir-regoli elettorali ta’ pajjiżu jirregolaw il-mod kif tiġi żgurata s-sostituzzjoni tiegħu. Ikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew ta’ pajjiżek għal aktar informazzjoni.


Huwa f’idejn kull Stat Membru jistabbilixxi r-regoli biex jimtlew il-postijiet vakanti għall-bqija tal-mandat. Meta l-Parlament jistabbilixxi l-eżistenza ta’ post vakanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissostitwixxi s-siġġu vakanti mill-aktar fis possibbli, mingħajr ma jkun hemm skadenza uffiċjali. L-Istat Membru jinforma lill-Parlament dwar is-sostituzzjoni, li mbagħad titħabbar fil-plenarja. Il-Membru l-ġdid jista’ jidħol fil-kariga biss wara li jiffirma dikjarazzjoni ta’ noninkompatibbiltà.