Salarji u pensjonijiet
Salarji
Is-salarji jammontaw għal 38.5% tas-salarju bażiku ta’ mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, kif deskritt fl-Istatut għall-Membri tal-PE (l-Artikolu 10). Il-Membri tal-PE kollha jaqilgħu l-istess salarju.
Is-salarju ta’ kull xahar ta’ Membru tal-PE huwa EUR 10.802,91 gross u EUR
8.419,90 nett, wara li jitnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-UE (ċifri tal-01/07/2023). Il-fondi joħorġu mill-baġit tal-Parlament.
Peress li l-Istati Membri jistgħu jimponu imposti nazzjonali addizzjonali, iċ-ċifri netti finali jiddependu mir-reġim tat-taxxa tal-pajjiż ta’ oriġini tal-Membru.
Pensjonijiet
L-ex Membri għandhom dritt għal pensjoni meta jagħlqu 63 sena, skont l-Artikolu 14 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.
Il-pensjoni hija ekwivalenti għal 3.5% tas-salarju tagħhom għal kull sena sħiħa fil-kariga u parti waħda minn tnax tagħha għal kull xahar sħiħ ieħor, iżda mhux aktar minn 70% b’kollox. Huwa l-baġit tal-UE li jħallas il-kost tagħha.
Skema ta’ pensjoni addizzjonali għall-Membri tal-PE introdotta fl-1989 ma baqgħetx tilqa’ membri ġodda minn Lulju 2009 u qed tiġi eliminata gradwalment.