In-nisa fil-Parlament Ewropew (infografika)

In-nisa għandu jkollhom rwol prominenti fil-politika, iżda kif imorru fil-Parlament Ewropew? Agħti daqqa ta' għajn lejn l-infografika tagħna biex issir taf.

Illustrazzjoni li turi nisa jagħmlu diskorsi pubbliċi
Illustrazzjoni li turi nisa jagħmlu diskorsi pubbliċi

Filwaqt li l-Parlament Ewropew huwa favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, għad hemm inqas nisa minn irġiel fil-politika u l-ħajja pubblika fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, kif jidher minn data reċenti.

 

Il-perċentwali ta' Membri tal-PE nisa żdied meta mqabbel mal-ewwel jiem tal-integrazzjoni Ewropea. Bejn l-1952 u l-ewwel elezzjonijiet tal-1979, kien hemm biss 31 mara li kienu Membri. Fl-ewwel Parlament Ewropew elett b'mod dirett, ir-rappreżentanza tan-nisa kienet 15.9%

 

Is-sehem ta’ nisa eletti bħala Membri tal-PE f’Ġunju 2024 kien ta’ 38.5%, tnaqqis żgħir meta mqabbel ma’ 39.8% eżatt qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Fejn tidħol ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament Ewropew, dan il-perċentwal huwa ogħla mill-medja dinjija għall-parlamenti nazzjonali u ogħla mill-medja tal-UE għall-parlamenti nazzjonali.

 

Minn Jannar 2022, il-Parlament qed ikun ippresedut minn mara: l-Membru tal-PE Maltija Roberta Metsola. Hija ġiet eletta mill-ġdid għal sentejn u nofs oħra f'Lulju tal-2024.

 

Fil-leġiżlatura 2024-2029, sebgħa mill-14-il viċi president huma nisa, aktar milli fil-leġiżlatura preċedenti meta kien hemm sitta.

In-nisa fl-ogħla karigi tal-UE

 

Fl-2019, żewġ istituzzjonijiet tal-UE laqgħu għall-ewwel darba mara bħala l-President tagħhom.

 

Ursula von der Leyen laħqet President tal-Kummissjoni Ewropea u Christine Lagarde laħqet President tal-Bank Ċentrali Ewropew, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew.

 

F'Lulju 2024, il-Parlament eleġġa mill-ġdid lil Ursula von der Leyen għat-tieni terminu ta' ħames snin bħala President tal-Kummissjoni.

 

Kaja Kallas ġiet nominata għall-kariga ta' Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. Peress li għandha tkun membru tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, il-ħatra tagħha hija soġġetta għall-proċess ta’ konferma fejn il-Membri tal-PE se jivvutaw fil-ħarifa biex japprovaw jew jiċħdu lill-Kummissjoni kollha kemm hi.

 

Aktar dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri: