Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Il-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

L-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jmexxu proġetti permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom jaqblu li jimxu ma’ din il-karta:

Il-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom:

  • jidentifikaw b’mod ċar liema attivitajiet huma rilevanti għall-inizjattiva tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jiżguraw li jitwettqu f’konformità ma’ din il-karta;
  • jagħżlu (minn qabel) u jirreklutaw il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà f’konformità mal-prinċipji tat-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni;
  • jaraw li jagħtu s-setgħa lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà billi jagħtu valur lill-ħiliet u l-esperjenza tagħhom filwaqt li jimpenjawhom fl-attivitajiet tagħhom, irawwmu l-iżvilupp personali, soċjo-edukattiv u professjonali tagħhom;
  • jiżguraw li l-ambjent u l-kundizzjonijiet li fihom jitwettqu l-attivitajiet huma sikuri u deċenti;
  • jipprovdu taħriġ jew appoġġ adegwat biex jgħinu lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jilħqu l-kompiti tagħhom;
  • ma jirrikjedu jew jitolbu l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja jew miżata mill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;
  • jipprovdu lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, meta applikabbli, bil-benefiċċji miftiehma fil-ħin;
  • jipproċessaw id-dejta personali tal-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta;
  • jiżguraw li l-appoġġ lill-attivitajiet tal-organizzazzjoni mill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa viżibbli u rikonoxxut b’mod adegwat.

Qabel ma jintbagħtu fuq il-post:

  • jiżguraw li l-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jirċievu informazzjoni dettaljata dwar l-inizjattiva u l-kompitu li huma mitluba jwettqu;
  • jiżguraw li l-parteċipanti għandhom id-drittijiet jew il-permessi neċessarji biex ikunu fil-pajjiż fejn isir il-kollokament, għat-tul kollu tal-attività;
  • jiżguraw li l-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma koperti mill-assikurazzjoni adegwata u li huma jsiru konxji mill-arranġamenti stabbiliti biex jiżguraw is-sikurezza u l-benessri tagħhom;
  • f’każ ta’ attivitajiet okkupazzjonali, jiżguraw li l-kundizzjonijiet u l-benefiċċji speċifiċi tal-inizjattiva tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma rispettati skont il-kuntratt tax-xogħol.

Matul il-kollokament fuq il-post:

  • joffru appoġġ, superviżjoni u gwida (għall-attivitajiet ta’ volontarjat) jew aċċess għal appoġġ u assistenza (għall-attivitajiet okkupazzjonali) lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà minn persunal bl-esperjenza;
  • iqisu l-isfond lingwistiku u kulturali differenti ta’ kull parteċipant tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jistabbilixxu miżuri li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fil-komunità lokali tal-kollokament;
  • jiffaċilitaw il-kuntatti ma’ parteċipanti oħrajn tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fl-istess qasam.

Wara l-kollokament fuq il-post:

  • joħorġu ċertifikat lil kull parteċipant tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Modalitajiet għas-selezzjoni u r-reklutaġġ tal-parteċipanti tal-Korp:

  • ladarba l-organizzazzjoni tkun tista’ tagħmel offerta konkreta għal kollokament, għandha taċċessa l-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex tfittex fil-bażi tad-dejta u tagħżel il-kandidat(i) l-aktar adatt(i) għall-attività inkwistjoni;
  • l-organizzazzjoni tista’ tiddeċiedi li tintervista l-kandidat biex issir taf aktar dwar il-profil u l-motivazzjoni tiegħu.