Dwar
Lest biex tilqa’ sfida, u tixtieq tgħin lil persuni oħrajn? Ara kif tista’ tinvolvi ruħek hawnhekk.
Tipi ta' attivitajiet
Oqsma ta’ attività
- Kreattività u kultura
- Edukazzjoni u taħriġ
- Impjiegi u intraprenditorija
- Protezzjoni tal-ambjent u tan-natura
- Saħħa u benessri
- Edukazzjoni fiżika u sport
- Ħidma ma’ refuġjati u migranti
- Sfidi tas-soċjetà
- Prevenzjoni u rkupru mid-diżastri
- U ħafna oħrajn …
Limitu tal-età
Jekk tiddeċiedi li tingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, ftakar li tista’ tirreġistra mill-età ta’ 17-il sena ’l fuq, iżda ma tistax tibda proġett qabel ma tagħlaq 18-il sena.
Il-parteċipazzjoni hi miftuħa sal-età ta’ 30 sena.
Rekwiżiti
L-ewwel nett, meta tingħaqad, timpenja ruħek li tirrispetta l-prinċipji tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Imbagħad għandek tkun taf li:
- tista’ tipparteċipa biss f’attività waħda ta’ volontarjat fit-tul (xahrejn sa 12-il xahar), iżda xorta waħda tista’ twettaq attivitajiet ta’ volontarjat f’tim u tieħu sehem fi Proġetti ta’ Solidarjetà
- Jekk tieħu sehem f’attività ta’ volontarjat individwali għal żmien qasir (sa xahrejn), xorta tista’:
– tipparteċipa f’attività waħda fit-tul
– tipparteċipa f’attivitajiet ta’ volontarjat f’tim u tipparteċipa fi Proġetti ta’ Solidarjetà
Kif taħdem?
Wara li tirreġistra fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, se jkollok aċċess għal dashboard personali, fejn se ssib opportunitajiet ta’ volontarjat, xogħol, taħriġ u aktar.
Barra minn hekk, jekk turi lilek innifsek bħala disponibbli, tista’ tiġi kkuntattjat minn organizzazzjonijiet li jridu jqabbluk mal-proġetti tagħhom.
Ingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Għandek bżonn kont tal-media soċjali jew indirizz tal-email. Ara l-politika tagħna dwar il-privatezza tad-data.