Is-720 Membru tal-Parlament Ewropew ipoġġu fi ħdan l-emiċikli ta' Strasburgu u Brussell waqt is-seduti plenarji.
Kif inhuma mqassmin is-siġġijiet?
Ir-regoli dwar l-allokazzjoni tas-siġġijiet fi ħdan kull emiċiklu huma stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti:
- Il-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu miġbura skont l-affinità politika tagħhom u mhux skont in-nazzjonalità.
- Il-presidenti tal-grupp politiċi jpoġġu fl-ewwel filliera fid-dawra ta' faċċata tal-President tal-Parlament Ewropew.
- - Fit-tielet filliera jpoġġu speċifikament membri tal-Bureau (Viċi Presidenti u Kwesturi).
- It-tqassim tal-postijiet l-oħra fi ħdan il-gruppi politiċi jsir ġeneralment skont l-ordni alfabetiku.
Pjanti tal-emiċikli
Iż-żewġ pjanti jinkludu:
- - lista numerika li tindika l-korrispondenza bejn in-numru tas-siġġu u isem il-Membru li jpoġġi fih.
- - lista alfabetika tal-Membri bin-numru tas-siġġu allokat lilhom.
In-numri tas-siġġijiet ivarjaw bejn Strasburgu u Brussell u, ġieli, Membru jista' jpoġġi f'siġġu ieħor minħabba raġunijiet tekniċi jew organizzattivi.
Dawn il-listi jiġu aġġornati għal kull sessjoni parzjali.