Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 2 : PROĊEDURI FIL-KUMITAT

Artikolu 56 : Abbozzar tar-rapporti

1.   Ir-rapporteur għandu jkollu r-responsabbiltà li jipprepara r-rapport tal-kumitat u li jippreżentah lill-Parlament f'isem dak il-kumitat.

2.   In-nota spjegattiva għandha taqa' taħt ir-responsabbiltà tar-rapporteur u m'għandux jittieħed vot fuqha. Madankollu, din trid tkun taqbel mat-test tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni kif adottata u ma kwalunkwe emendi proposti mill-kumitat. Jekk ma jkunx hekk, il-president tal-kumitat jista' jħassar in-nota spjegattiva.

3.   Ir-rapport għandu jagħti r-riżultat tal-vot meħud fuq ir-rapport fis-sħuħija tiegħu u għandu jindika f'konformità mal-Artikolu 224(3) kif kull membru jkun ivvota.

4.   Il-pożizzjonijiet tal-minoranza jistgħu jiġu espressi meta jittieħed il-vot fuq it-test sħiħ, u jistgħu, fuq talba tal-awturi tagħhom, ikunu s-suġġett ta' dikjarazzjoni bil-miktub li ma tkunx itwal minn 200 kelma, u li għandu jiġi anness man-nota spjegattiva.

Il-president għandu jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' ftehim li jista' jinqala' bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

5.   Fuq proposta mill-president tiegħu, il-kumitat jista' jiffissa skadenza sa meta r-rapporteur jeħtieġlu jippreżenta l-abbozz tar-rapport tiegħu. Din l-iskadenza tista' tittawwal jew jista' jinħatar rapporteur ieħor.

6.   Wara l-iskadenza, il-kumitat jista' jagħti struzzjonijiet lill-president tiegħu sabiex jitlob li l-kwistjoni riferuta lilu titqiegħed fl-aġenda ta' waħda mis-seduti tal-Parlament li jkun imiss. Id-dibattiti u l-votazzjonijiet jistgħu imbagħad jitmexxew abbażi ta' rapport bil-fomm mill-kumitat konċernat.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza